Għaġina Ħelwa

By : | 0 Comments | On : September 10, 2014 | Category : Għaġejjen, Kif ngħamel...

Għaġina Ħelwa

Ingredjenti

480g dqiq plejn
300g marġerina
120g zokkor
bajda
ftit qoxra tal-lumija maħkuk

Metodu

  1. Għarbel id-dqiq għal darba, darbtejn u poġġieh fi skutella
  2. Aqta’ l-marġerina f’kubi żgħar
  3. Żid il-kubi tal-marġerina u z-zokkor. Ħaddem sewwa b’idejk sakemm tara li l-marġerina u z-zokkor jiġi qisu ramel u li ma tibqax tara biċċiet tal-marġerina
  4. Għamel taħlita ta’ bajda, zokkor u lumi u żidhom mad-dqiq. Ħaddem għal ftit minuti biss sakemm jaqgħad kollox
  5. Ħalli l-għaġina tistrieh billi tagħmilha f’forma ta’ ballun. Iżżidx dqiq. Jekk tgħatti l-għaġina b’sarvetta mxarrba aħjar
  6. Ħalli l-għaġina toqgħod għal siegħa. Fis-sajf, jew jekk tkun is-sħana poġġġiha fil-friġġ

Punti Mportanti

Dqiq

Id-dqid irid ikun plejn. Tużax self-raising jew baking powder għax inkella l-għaġina tintnefah.

Marġerina

Uża marġerina komuni bħal dik li tuża għal kejkijiet.

Serraħ l-għaġina

Importanti ħafna li sserraħ l-għaġina wara li tkun iffurmajtha f’ballun għax inkella tibda titfarraklek.

Iżżidx dqiq

Meta tlesti l-għaġina se tinduna li din tkun ratba. Iżżidx dqiq, għax inkella tixxuttalek u tibda’ tinqasam meta tiftaħha.

Friża

Tista’ tħalli l-għaġina fil-friża però sa mhux aktar minn erba’ ġimgħat. Importanti li tagħmel tabella bl-isem ta’ x’hemm fil-borża u d-data meta saret.

Friġġ

Uża l-għaġina fi żmien ta’ tlitt ijiem u mhux aktar.

Share This Post!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *