Shortcrust Pastry

By : | 2 Comments | On : September 13, 2014 | Category : Għaġejjen, Kif ngħamel...

Shortcrust Pastry

Toħroġ: 225g (8 oz)
Ħin ta’ Preparazzjoni: 10min
Nista’ niffrizaha? Iva

Informazzjoni Nutrittiva: 175kal għal kull 25g

Jekk ma tridx tuża xaħam, minfloku tista’ tirdoppja l-butir jew marġerina (iġifieri f’dal każ, tuża 110g butir jew marġerina).

Dan huwa punt important: il-proporzjon ta’ dqiq max-xaħam u butir huwa ta’ bejn wieħed u ieħor 2:1. Iġifieri nużaw użin doppju tad-dqiq milli nużaw għax-xaħam + butir.

Biex intik eżempju, jekk se nużaw 100g dqiq, allura rridu nużaw 25g xaħam u 25g butir (25g + 25g = 50g (xaħam u butir) = nofs il-100g (dqiq)).

Dan biex jekk tkun trid toħroġ iktar għaġina, tkun taf kif għandek tagħmel il-kalkolu bejn id-dqiq u x-xaħam / butir.

Ingredjenti

225g (8 oz) dqiq plejn
niskata melħ
55g (2 oz) butir jew marġerin, maqtugħ f’kubi – ara li jkun kiesaħ
55g (2 oz) xaħam jew white vegetable fat, maqtugħ f’kubi – ara li jkun imkessaħ
Ilma kiesaħ

Metodu

  1. Ħallat id-dqiq u l-butir ġo bieqja
  2. Żid ix-xaħam
  3. Ħaddem kollox sakemm tara li t-taħlita ġiet qisha frak tal-ħobż
  4. Żid 45 – 60ml (3 – 4 imgħaref) ilma kiesaħ u kun ċerta li troxxu fil-wiċċ indaqs ma’ kullimkien. Dan sabiex meta nkunu qed naħmuha, ma jitilgħux bżieżaq u nfafet
  5. Ħallat kollox b’sikkina sakemm it-taħlita tibda tagħqad f’biċċiet kbar
  6. Aqbadha mill-bieqja u fforma ballun
  7. Ħaddem b’idejk għal ftit sekondi sakemm tissoda u tifforma għaġina lixxa. Ftit sekondi għandhom ikunu biżżejjed – tħaddimiex ħafna
  8. Dawwar cling film u ħalliha tistrieħ fil-friġġ għal 30 minuta
  9. Biex tiftaħ l-għaġina, ferrex ħarira żgħira dqiq fuq il-wiċċ fejn se tkun qed taħdem kif ukoll fuq il-lembuba.. Tferrixx dqiq fuq l-għaġina nnifisha.
  10. Iftaħ l-għaġina f’direzzjoni waħda u dawwarha kultant
  11. Ara li ġġibha għoli ta’ bejn wieħed u ieħor 3 millimetri
  12. Tiġbidx u ġġebbitx l-għaġina
Share This Post!

Comments (2)

  1. posted by mary mizzi on 14th September 2014

    razzi jiena ukollkarkariza noqghd l’Amerika grazzi hafna vera tajbin ir ricetti

      Reply
    • posted by Il-Kok on 14th September 2014

      Grazzi lilek Mary! L-Amerka sabiħa mmens. Jien għamilt żmien qasir ngħix l-Amerka wkoll fit-2004, 10 snin ilu eżatt. Kif jgħaddi ż-żmien!

        Reply

Leave a Reply to mary mizzi Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *