7 Punti Kif Ngħażlu Laħam Tajjeb
Laħam aħmar sabiħ ma jfissirx li huwa laħam frisk. Forsi ftit jafu li meta l-laħam jiġi proċessat, il-biċċeriji jgħadduh minn proċess fejn iżidulu l-carbon monoxide. Din hija sustanza li tirreaġixxi ma’ ċertu ċelloli tad-demm (myoglobin) u r-riżultat huwa li tħammar il-laħam. Dan isir biex ovvjament aħna l-konsumaturi naraw il-laħam sabiħ u nitħajru nixtruh, li b’daqshekk ma fiha xejn ħażin.
Pero’ rridu nkunu nafu lejn xiex għandna nħarsu u x’infittxu biex inkunu nafu li l-laħam huwa verament frisk.
- Ara li l-laħam ikollu kulur aħmar natural sabiħ u uniformi
- Jekk tara li jkollu ħjiel ta’ griż huwa sinjal li l-laħam qed imur ħażin
- Ix-xaħam għandu jkun ta’ kulur abjad cream. Jekk ikun jgħati fl-isfar, probabbli li l-laħam ikun beda jitħassar.
- Ara li x-xaħam jagħmel bħal “disinn” qisu irħam. Waqt it-tisjir dan ix-xaħam jgħin il-laħam jibqa idratat (mimli bl-ilma) u jżid it-togħma
- Dejjem ħares lejn laħam li jkun maqtugħ pulit. Laħam li jkollu biċċiet tal-għadam jew trufijiet imgerrmin, huma sinjali ta’ qwalita’ baxxa tal-biċċerija
- Il-biċċiet m’għandomx ikollhom tendons jew ligaments
- Ara li l-hxuna tal-qata’ hija uniformi. Din tgħin biex il-laħam jissajjar indaqs minn kullimkien