Kif Tixwi l-Majjal (Pork Crackling)
Din mihiex riċetta, iżda metodu biss ta’ kif tixwi l-majjal biex tagħmel dak li jgħidulu pork crackling.
- Importanti li tiżen il-majjal qabel tibda’ (ara punt n.7)
- Nixxef il-ġilda tal-majjal
- Aqbad sikkina taqta’ ħafna u aqta’ sinjali fondi fil-ġilda – fondi biżżejjed li tkun qed taqta’ sal-laħam
- Idlek il-majjal b’żewġ imgħaref żejt
- Għorok ftit melħ fil-ġilda u ħallieh joqgħod matul il-lejl
- Saħħan il-forn fuq Marka n. 4 (180°C / 350°F)
- Ixwi l-majjal għal siegħa għal kull kilo li jiżen (iġifieri jekk għandek żewġ kilo użien, ħallieh għal sagħtejn; jekk għandek tlitt kilo, ħallieh għal tlitt sigħat)
- Iċċekkja t-temperatura b’termometru u meta tara li jimmarka 80°C (175°F), ikun lext
- Għatti l-laħam u ħallieh joqgħod ftit