Imbuljuta

2014-09-10
  • Servings : 4
  • Prep Time : 0m
  • Cook Time : 0m
  • Ready In : 0m

Ingredjenti

  • 500g qastan imnixxef
  • nofs litru ilma jagħli
  • kuċċarina trab tal-cocoa
  • 2 kuċċarini zokkor
  • qoxra ta’ mandolina mqatta’ rqiqa
  • stikka tal-kannella
  • 125g żbib
  • grokk aniżetta

Method

Step 1

Aħsel il-qastan sew u poġġihom fi skutella kbira u imla bl-ilma sakem jegħreq kollox u ħallihom lejl (jew ftit iktar) jixxarbu

Step 2

Wara li tagħmel dan, saffi l-ilma mill-qxur li jkun inqala’ u ħu ħsieb li żżomm l-ilma. Fih inkunu rridu ngħallu l-qastan

Step 3

Żid l-ingredjenti l-oħra u għalli għal 30 minuta. Wara baxxi n-nar u ħalli kollox itektek għal sagħtejn jew sakemm il-qastan jirtab

Step 4

Żid l-aniżetta u ħawwad kollox sew

Step 5

Servi jaħraq

Suġġeriment żgħir: bħal ħafna affarijiet oħra, l-imbuljuta taf tintiehem aħjar l-għada. Saħħan ġo skutella sakemm jaħraq u servi.

Average Member Rating

(3.4 / 5)

3.4 5 5
Rate this recipe

5 people rated this recipe

Related Recipes:
  • Ross il-Forn

  • Figolla ta' l-Għid

    Figolla ta’ l-Għid (faċli)

  • Qagħaq tal-Ħmira

    Qagħaq tal-Ħmira

  • Għaġin Zalzett Malti Tadam

    Għaġin biz-Zalzett Malti u t-Tadam

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *