Ross bil-Larinġ

2014-09-10
  • Servings : 4
  • Prep Time : 0m
  • Cook Time : 0m
  • Ready In : 0m

Ingredjenti

  • 2 imgħaref butir
  • 2 basliet imqaxxra u mqatta’ rqaq ħafna
  • 400g ross
  • qoxra maħkuka ta’ larinġa
  • litru w nofs stokk tat-tiġieġa miżmum jaħraq
  • meraq ta’ żewġ larinġiet (forsi jkollok bżonn ftit aktar)
  • 4 imgħaref ġobon maħkuk parmiġġjan
  • 2 imgħaref tursin frik imqatta’
  • 2 imgħaref krema
  • melħ u bżar mitħun

jekk trid, żomm il-qoxra tal-larinġa biex iżżejjen

Metodu

Step 1

Dewweb il-butir f’kazzola u qalli l-basal għal 5 minuti

Step 2

Żid ir-ross u ħawwad spiss għal 5 minuti.

Step 3

Żid ftit stokk u dejjem ħalli r-ross jassorbi l-likwidu qabel iżżid aktar. Ibqa ħawwad

Step 4

Wara qisu 10 minuti, żid il-qoxra u l-meraq tal-larinġ u dejjem kompli żid l-istokk waqt li tibqa’ tħawwad

Step 5

Wara bejn wieħed u ieħor 10 minuti oħra, jew kif tara li r-ross assorba l-istokk biżżejjed (tħallihx ħafna iktar però), neħħi kollox minn fuq in-nar u żid il ġobon, krema u t-tursin.

Step 6

Żid melħ u bżar skond il-gosti tiegħek. Hallieh joqgħod għal minuta jew tnejn u servi mżejjen bil-qoxra tal-larinġa

F’din ir-riċetta rridu noqgħodu attenti għall-ammont ta’ meraq minħabba li t-togħma tiegħu taf tiġi qawwija ħafna mal-kumplament ta’ l-ingredjenti. Jien nissuġġerixxi żewġ larinġiet però kif taf, ma tistax tgħid kemm ikunu mmerrqin. Ikkalkula li jkollok bejn 100ml u 150ml.

Recipe Type:
Average Member Rating

(3 / 5)

3 5 1
Rate this recipe

1 people rated this recipe

Related Recipes:
  • Ross il-Forn

  • Ross Parmiggiano Reggiano

    Risotto Parmiggiano Reggiano

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *