Zappoli ta’ San Ġużepp

2014-09-10
  • Servings : 6
  • Prep Time : 0m
  • Cook Time : 0m
  • Ready In : 0m

Ingredjenti

Għaġina:

  • tazza ilma
  • 130g dqiq
  • 3 bajdiet
  • 30g butir
  • ponta kuċċarina melħ

Mili

  • 2 isfar tal-bajd
  • 60g zokkor
  • magħrfa dqiq
  • tazza ħalib
  • qoxra maħkuka ta’ lumija

Oħrajn

  • żejt extra virgin
  • żejt tal-qali
  • icing sugar
  • ċiras

Metodu

  1. Itfa’ l-ilma fi skutella u żid il-melħ u l-butir. Ħallih jgħali filwaqt li ħawwad il-ħin kollu
  2. Żid id-dqiq – ħalli l-iskutella fuq in-nar – u ibqa’ ħawwad sew sakemm it-taħlita ma tibqax twaħħal ma’ l-iskutella
  3. Neħħi minn fuq in-nar u aqleb kollox ġo skutella oħra u ħalli kollox jiksaħ
  4. Kif it-taħlita tiksaħ, żid l-isfar tal-bajd waħda waħda u ħallat kollox
  5. Meta tara li t-taħlita tħawdet sew, itfagħha fil-friġġ għal mill-inqas 20 minuta.

Il-Mili

  1. Ħabbat bil-lest l-abjad tal-bajd fi skutella flimkien maz-zokkor u wara żid id-dqiq filwaqt li tħawwad il-ħin kollu
  2. Ferra l-ħalib fi skutella oħra u żid il-qoxra tal-lumija maħkuka u għalli. Kif il-ħalib jgħali neħħi minn fuq in-nar u ibda żid bil-mod il-bajda, iz-zokkor u t-taħlita tad-dqiq u dejjem ħawwad. Ibqa’ ħawwad sakemm tiġi ratba u kremuża
  3. Erġa’ poġġi t-taħlita li għadek kif għamilt fuq nar nofs fjamma u ħawwad sakemm tiġi magħquda mhux ħażin
  4. Meta tara li lesta, itfagħha fi skutella u għattiha bi plastic wrap. Dan biex il-krema ma trabbix skorċa. Sadanittant nistgħu nibdew naħdmu fuq iz-zappoli

Iz-Zappoli

  1. Biex tifforma z-zappoli, poġġi t-taħlita li għamilna fil-bidu f’piping bag u għażel ponta bil-forma ta’ stilla
  2. Aqta’ kaxex ta’ aluminium foil daqs ta’ 5 ċentimetri kwadri u idlek naħa minnhom fiż-żejd extra virgin
  3. Bil-piping bag, għamel forom ta’ ċrieki fuq kull biċċa foil sakemm tuża l-għaġina kollha
  4. Imla’ borma biż-żejt tal-qali u poġġi fuq nar għoli
  5. Meta jagħli ż-żejt, poġġi z-zappoli tnejn tnejn bil-foil b’kollox. Tpoġġix iktar minn tnejn f’salt għax inkella ż-żejt ma jibqax jaħraq biżżejjed
  6. Se tara li l-foil jibda jinqala’ waħdu biż-żejt
  7. Meta tara li ħadu kulur, tellagħhom miż-żejt u poġġihom fuq karta ħalli jinxtorob iż-żejt żejjed filwaqt li tkompli taqli l-kumplament
  8. Kif tlesti, u z-zappoli jkunu kesħu biżżejjed, imla’ piping bag bil-krema li għamilna
  9. Żejjen iz-zappoli bil-krema u poġġi ċirasa fuq. Ferrex ftit icing sugar
Average Member Rating

(4 / 5)

4 5 1
Rate this recipe

1 people rated this recipe

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *