HomeKif ngħamel... 7 Punti Kif Taħżen il-Laħam

7 Punti Kif Taħżen il-Laħam

Posted in : Kif ngħamel..., Laħam on by : Il-Kok Tags:

  1. Erfa’ laħam frisk fil-friġġ, u poġġieh irreppjat ħafif u fl-iktar parti kiesħa.
  2. Ikun aħjar kieku tneħħi l-laħam mill-pakkett li jkun ġie fih, irreppjaħ mill-ġdid u itfgħu fuq platt biex ma jqattarx demm
  3. Importanti li żżomm laħam nej ‘il bogħod minn ikel imsajjar. Dan biex nevitaw cross-contamination – iġifieri biex batteri li jkunu fuq laħam nej (li ħafna minnhom imutu waqt it-tisjir) ma jispiċċawx fuq ikel diġa’ msajjar
  4. Idealment, laħmijiet bħal kapuljat u ħaruf għandhom jiġu kkunsmati l-istess ġurnata li jkunu nxtraw
  5. Chops u steaks iżommu tajjeb sa jumejn jew tlieta
  6. Għandna noqgħodu attenti minn laħam li jkollu ħafna xaħam. Dan għaliex ix-xaħam huwa l-ewwel ħaġa li jmur u jirvina l-kumplament tal-laħam
  7. Laħam li jkun tħassar ikollu riħa tinten u jaf ikollu qisha żlieġa fuq il-wiċċ kif ukoll ikun ħadrani

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *