13 September, 2014
Kif Tismot il-Veġetali
Posted in : Kif ngħamel... on by : Il-Kok
Ġieli jkollna bżonn nisomtu ċertu ħxejjex veġetali – jew qabel inkomplu nsajruhom sabiex inrattbuhom, jew inkella biex qabel niffriżawhom, inwaqqfu l-enzimi naturali milli jkomplu jaħdmu.
L-aħjar ħaġa hi li kull ħaxixa different tinstamat għaliha minħabba ħinijiet differenti li jieħdu, pero tista’ tuża l-istess ilma.
Għalli kontenitur bl-ilma, u kif jiġi misħun ibaqbaq, itfa’ l-veġetali li trid tismot fih. Jekk tuża wire basket bħal dak li nużaw meta naqlu ċ-ċips, ikun iktar faċli biex intellgħu kollox mill-misħun.
Kif toħroġhom mill-misħun itfagħhom taħt ilma kiesaħ biex twaqqafhom milli jkompli jitgħallew.