11 September, 2014
Kif Tixwi l-Laħam (Roast)

- L-aħjar laħam għar-roasting huwa laħam tari ta’ kwalita’
- Huwa mportanti ħafna li tniżżel il-laħam mill-friża sew u li jkun room temperature
- Iżen il-laħam qabel tibda ssajru
- Poġġi l-laħam fuq roasting rack bil-parti xaħmija ‘l fuq
- Majjal: għorku bil-melħ u ż-żejt biex tagħmel crackling
- Bl-eċċezzjoni tal-majjal, idlek spiss ir-roasts kollha biex iżżommom niedja
- Biex tara jekk il-laħam sarx, daħħal termometru fl-eħxen parti tal-laħam. Inkella tista’ tniggeż in-nofs u tara x’meraq joħroġ. Jekk il-meraq ikun:
- ċar – il-laħam ikun imsajjar sew (well-done)
- roża – il-laħam ikun medium
- imdemmi – il-laħam ikun rare jew ikollu bżonn iktar nar
| Laħam | Ħin ta’ tisjir fuq Marka n.4 (180°C / 350°F) | Temperatura nterna |
|---|---|---|
| Ċanga | ||
| Rare | 20 minuta għall kull 450g (1 lb) + 20 min | 60°C (140°F) |
| Medium | 25 minuta għall kull 450g (1 lb) + 25 min | 70°C (160°F) |
| Well Done | 30 minuta għall kull 450g (1 lb) + 30 min | 80°C (175°F) |
| Vitella | ||
| Well Done | 25 minuta għall kull 450g (1 lb) + 25 min | 70°C (160°F) |
| Ħaruf | ||
| Medium | 25 minuta għall kull 450g (1 lb) + 25 min | 70-75°C (160-170°F) |
| Well Done | 30 minuta għall kull 450g (1 lb) + 30 min | 75-80°C (170-175°F) |
| Majjal | ||
| Well Done | 35 minuta għall kull 450g (1 lb) + 35 min | 80-85°C (175-180°F) |