HomeKif ngħamel... Marinata tal-Laħam: X’inhi u kif…

Marinata tal-Laħam: X’inhi u kif…

Posted in : Kif ngħamel..., Laħam on by : Il-Kok Tags: ,

Marinata tajba tagħmel differenza kbira kemm għat-togħma kif ukoll għas-sensazzjoni fuq il-palat.

Ġeneralment il-marinati jkunu bbażati fuq:

  • żjut
  • imbejjed
  • aċiduż (yogurt, meraq tal-frott)

Marinati bbażati fuq żjut u mbejjed jiġu mixruba mil-laħam jidrataw dry cuts

Yogurt irattab il-laħam u jifforma bħal skorċa ratba waqt it-tisjir

Aromatiċi bħal qxur tal-lumi, sagħtar, basal u tewm iżidu t-togħma

  1. Poġġ l-laħam f’kontenitur baxx u ferra l-marinata fuqu
  2. Ħallieh joqgħod imqar għal siegħa imma idealment ippreparah mil-lejl ta’ qabel
  3. Meta jkun lest, neħħi l-marinat żejjed u sajjar skond ir-riċetta
  4. Jekk qed issajjar fuq barbecue jew taħt grill idlek il-marinata fuq il-laħam spiss
  5. Il-marinat żejjed tista’ tgħallih u sservih fuq il-kumplament tal-platt (ħaxix, patata, eċċ…). L-eċċezzjoni hija jekk il-marinat ikun tal-yogurt, dan għax bis-sħana jaqgħad

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *