Chicken bil-Curry u l-Coconut
2014-09-12- Servings : 4
- Prep Time : 30m
- Cook Time : 35m
- Ready In : 2:000 h
Din ir-riċetta mhix diffiċli. Irridu biss noqgħodu attenti biex nimxu mal-istruzzjonijiet.
Żomm attenzjoni partikulari għal Step 2 u Step 5 fejn nużaw porzjonijiet partikolari mill-ingredjenti li nkunu qed nużaw.
Għiduli x’taħsbu fil-kummenti isfel nett (l-email tagħkom ma jidhirx għall-pubbliku) jew fuq Facebook. U tinsewx taqsmu dir-riċetta mal-familja u l-ħbieb.
L-ikla t-tajba!

Aqta’ s-sidriet min-nofs

Irrombla s-sidriet bil-mili fuq in-naħa ta’ ġewwa (il-wiċċ maqtugħ)
Ingredjenti
- 5cm (2 in) għeruq frisk tal-ġinġer
- 1.25ml (¼ kuċċarina) trab taċ-chilli
- 2.5ml (½ kuċċarina) garam masala
- 2.5ml (½ kuċċarina) curry
- 2 sinniet tewm
- 8 sidriet tat-tiġieġa filleted
- 150g basla mqaxxra
- 45ml (3 imgħaref) coriander imqatta'
- 1 meraq ta' lumija u l-qoxra
- bżar u melħ
- 25g (1 oz) cashew nut (ġewż tal-anakardju)
- nofs kuċċarina zkuk tas-żagħfran
- 50g (2 oz) creamed coconut, grated
- 25g (1 oz) ghee jew butir
- 120ml (4 fl oz) yogurt naturali jew single cream
Metodu
Step 1
Qaxxar u ħakkek fin il-ġinġer
Step 2
Ħallat it-trab taċ-chilli ma' nofs il-garam masala, nofs il-ġinġer u sinna waħda tewm
Step 3
Poġġi s-sidriet bejn żewġ folji kartistrazzi niedja u ħabbathom b'meat tenderizer sakemm jiċċattjaw irqaq. Jekk m'għandekx meat tenderizer tista' tuża lembuba
Step 4
Aqbad it-taħlita u għoroka fuq is-sidriet (fuq in-naħa tal-qata). Għattihom fuq platt u ħallihom jimmarinaw fil-friġġ għal siegħa
Step 5
Sadanittant, qatta' l-basla fina u ħallat żewġ terzi (mill-basla) ma' nofs il-ġinġer li fadal u 2 imgħaref kosbor (coriander)
Step 6
Żid il-qoxra u 2 imgħaref meraq tal-lumija, ftit melħ u bżar u ħawwad sakemm titħallat sew
Step 7
Poġġi s-sidriet bin-naħa mmarinat 'il fuq u qassam it-taħlita tal-basla li għamilna fuqhom
Step 8
Irrombla s-sidriet sabiex it-taħlita tingħalaq fuq ġewwa
Step 9
Poġġi s-sidriet fuq tilar imxaħħam u mingħajr ma tattihom, itfagħhom fil-forn għal 20-25 minuta b'temperatura ta' 180°C (350°F / Marka n. 4). Kun zgura li meta tniggiżhom, il-meraq li joħroġ ikun ċar
Step 10
Sadanittant, imla 100ml (3½ fl oz) fi blender jew food processor, itfa' l-cashew nut (ġewż tal-anakardju), iż-żagħfran u l-coconut u blendja għal 3 minuti
Step 11
Żid il-kumplament tal-garam masal, ġinġer u tewm kif ukoll il-curry mat-taħlita li għadna kif għamilna u waqt li tħawwad il-ħin kollu, sajjar għal 2 minuti. Imbagħad żid il-yogurt jew is-single cream. Poġġi kollox fi skutella fonda
Step 12
Aqbad mgħarrfa mtaqqba u mexxi s-sidriet mixwija mit-tilar għat-taħlita tal-yogurt / single cream li għamilna
Step 13
Għatti kollox b'biċċa fojl u poġġi għatu fuqha
Step 14
Ħalli kollox itektek fuq nar baxx għal 10 minuti
Step 15
Żid il-kosbor (coriander), melħ u bżar għall-gosti tiegħek u servi mar-ross

Pakket Creamed Coconut – dan jew ditta oħra. Komuni fis-supermarkets.

Creamed Coconut – dan irid jiġi maħkuk
posted by Miriam on 12th September 2014
Il creamed coconut mahkuk kif ikun u l ispice tal curry ma rajtx flingredjenti. Tkx
posted by Il-Kok on 12th September 2014
Grazzi talli ġbitli l-attenzjoni Miriam. Irranġajtha u tfajt ritratt ta’ pakkett tal-creamed coconut u kif ikun minn ġewwa. Grazzi mill-ġdid.
posted by Miriam on 12th September 2014
Grazzi lilek