Flett taċ-Ċanga bil-Faqqiegħ u l-Bżar Ħelu
2014-09-15- Servings : 4 - 6
- Prep Time : 25m
- Cook Time : 1:15 h
- Ready In : 1:40 h
Nista’ niffriżah? Le
Ingredjenti
- 1.4kg (3 lb) flett taċ-ċanga
- 125g (4 oz) faqqiegħ Champignon
- 285g (9½ oz) bżar ħelu tal-bott fiż-żejt
- bżar u melħ
- 375g (12 oz) panċetta
- 30ml (2 imgħaref) żejt taż-żebbuġ
- 10ml (2 kuċċarini) dqiq plejn
- 150ml (¼ pinta) inbid aħmar
- 300ml (½ pinta) stokk taċ-ċanga (Ara kif tagħmlu hawn)
- 30ml (2 imgħaref) inbid Marsala
- 10ml (2 kuċċarini) ħwawar imħallta tal-bott

Bżar tal-ħelu fiż-żejt
Metodu
Step 1
Aqta' qasma fil-ġenb tal-flett
Step 2
Saffi l-bżar ħelu miż-żejt u qattgħu, qatta wkoll il-faqqiegħ u ħallat kollox u imla' l-flett b'nofs din it-taħlita
Step 3
Itħan ftit bżar iswed fuq il-laħam, dawwar il-panċetta miegħu u orbot kollox bi spaga
Step 4
Saħħan iż-żejt fuq taġen kbir non-stick u qalli ftit il-flett fuqq kull naħa sakemm jixxawwat u jieħu ftit kulur kannella
Step 5
Żomm il-meraq li jkun ħareġ, pero' issa rridu mmexxu l-laħam għal dixx biex nixwu l-flett
Step 6
Ixwi fuq temperatura ta' 190C (375F / Marka n. 5) għal 45 minuta
Step 7
Ħallieh joqgħod għal 15-il minuta
Step 8
Erġa' saħħan il-meraq li baqgħalna fit-taġen, żid id-dqiq u ħawwad għal 2 minuti
Step 9
Żid ukoll l-inbid u l-istokk
Step 10
Żid il-Marsala, ħwawar u ftit melħ u bżar
Step 11
Itfa' l-kumplament tal-faqqiegħ u l-bżar ħelu u sajjar sew
Step 12
Lura għal-laħam - neħħi l-ispaga u aqtgħu f'roti pulit
Step 13
Qiegħed il-porzjonijiet fuq platti msaħħna
Step 14
Għolli l-faqqiegħ u l-bżar ħelu b'mgħarfa mtaqqba u qassam pulit fuq il-porzjonijiet tal-laħam
Step 15
Itfa' ftit żgħira meraq mit-taġen fuq kull porzjon u servi l-kumplament tal-meraq f'sauce boat
Average Member Rating
(5 / 5)
2 people rated this recipe
Related Recipes:
Nutritional Info
This information is per serving.
-
Kaloriji kull porzjon
450