Imbuljuta
2014-09-10- Cuisine: Maltija
- Servings : 4
- Prep Time : 0m
- Cook Time : 0m
- Ready In : 0m
Ingredjenti
- 500g qastan imnixxef
- nofs litru ilma jagħli
- kuċċarina trab tal-cocoa
- 2 kuċċarini zokkor
- qoxra ta’ mandolina mqatta’ rqiqa
- stikka tal-kannella
- 125g żbib
- grokk aniżetta
Method
Step 1
Aħsel il-qastan sew u poġġihom fi skutella kbira u imla bl-ilma sakem jegħreq kollox u ħallihom lejl (jew ftit iktar) jixxarbu
Step 2
Wara li tagħmel dan, saffi l-ilma mill-qxur li jkun inqala’ u ħu ħsieb li żżomm l-ilma. Fih inkunu rridu ngħallu l-qastan
Step 3
Żid l-ingredjenti l-oħra u għalli għal 30 minuta. Wara baxxi n-nar u ħalli kollox itektek għal sagħtejn jew sakemm il-qastan jirtab
Step 4
Żid l-aniżetta u ħawwad kollox sew
Step 5
Servi jaħraq
Suġġeriment żgħir: bħal ħafna affarijiet oħra, l-imbuljuta taf tintiehem aħjar l-għada. Saħħan ġo skutella sakemm jaħraq u servi.