Kejk Savarin
2014-09-15- Servings : 6
- Prep Time : 50m
- Cook Time : 40m
- Ready In : 1:40 h
Nista’ niffriżah? Iva
Ingredjenti
- 15g (oz) ħmira ħajja
- 45ml (3 imgħaref) ħalib
- 100g (4 oz) dqiq abjad plejn
- 15ml (1 mgħarfa) caster sugar
- 25g (1 oz) ġewż tal-indi (coconuts) mqadded
- 2 bajdiet, imħabbta ħafif
- 50g (2 oz) butir - dan irridu ndewbuh u nħalluh jiksaħ
Glaze:
90ml (6 imgħaref) ġeli tal-passolina ħamra (redcurrants)- 75ml (5 imgħaref) meraq tal-lumi
- 450g (1 lb) frawli mfesdqa
Metodu
Step 1
Idlek landa tas-savarin bi ftit żejt
Step 2
Ħallat il-ħmira ma' ftit ħalib fietel
Step 3
Ħallat id-dqiq, zokkor u l-ġewż tal-indi f'bieqja
Step 4
Warrab spazju fin-nofs ta' din it-taħlita u itfa' l-bajd, il-butir u t-taħlita tal-ħmira
Step 5
Ħabbat kollox b'magħrfa ta' l-injam sakemm jagħqad
Step 6
Itfa' t-taħlita fil-landa u għatti bi ftit cling film midluka biż-żejt
Step 7
Itlaqa' f'post għas-sħana għal qisu 30 minuta jew sakemm tara li kważi rduppjat fil-qies
Step 8
Aħmi għal 190°C (375°F / Marka n. 5) għal 35 - 40 minuta sakemm tieħu lewn dehbi
Step 9
Poħħi wire rack fuq platt u aqleb kollox fuqu
Step 10
Dewweb il-ġeli flimkien mal-meraq tal-lumi fuq fjamma baxxa
Step 11
Ferra t-taħlita tal-ġeli u l-lumi fuq is-savarin biex tifforma glaze; ħalli żżejjed jaqa' fil-platt
Step 12
Il-glaze li jkun waqa' fil-platt nistgħu nitfgħuh lura fit-taġen biex nerġgħu indewbuh u miegħu inħalltu l-frawli
Step 13
Ħallihom jibirdu għal 15 - 20 minuta u itfa' l-frawli fin-nofs tas-savarin
Step 14
Servi bi ftit sour cream kiesaħ jew jaħraq
Average Member Rating
(4.5 / 5)
6 people rated this recipe
Related Recipes:
Nutritional Info
This information is per serving.
-
Kaloriji kull porzjon
250