Kejk tal-Milied
2014-09-10- Skill Level: Medju
- Prep Time : 0m
- Cook Time : 0m
- Ready In : 0m
Ingredjenti
- 300g dqiq
- 250g marġerina
- 200g zokkor ismar
- 200g sultana
- 200g passolina
- 200g żbib
- 100g konfettura mqatta’
- 100g ċirasa mqatta’
- 100g lewż mqatta’
- Sitt bajdiet
- Tlett imgħaref brandy
- Mgħarfa għasel iswed
- Kuċċarina kannella
- Kuċċarina spice imħallat
- Qoxra maħkuka ta’ lumija
- Niskata melħ
- Ponta ta’ kuċċarina bikarbonat tas-soda
Ingredjenti
Step 1
Għarbel id-dqiq u ħawwad il-kannella miegħu, l-ispice imħallat, il-melħ u l-bikarbonat tas-soda.
Step 2
Separatament, ħallat flimkien is-sultana, passolina, żbib, konfettura , ċirasa, lewż u l-qoxra tal-lumija.
Step 3
Ġo skutella ħabbat il-bajd mal-brandy.
Step 4
Ħawwad sew il-marġerina f’mixer, iz-zokkor u l-għasel sakemm it-taħlita ssir krema u ftit ftit, żid magħha it-taħlita tal-frott u ibqa’ ħawwad kollox flimkien.
Step 5
Dellek it-tilar tal-kejk bil-marġerina. Iksi l-qiegħ u d-dawra ta’ ġewwa bil-karti strazzi midluka bil-marġerina wkoll. Ixhet it-taħlita tal-kejk fit-tilar.
Step 6
Daħħal fil-forn fuq temperatura moderata u aħmi għal sagħtejn. Kif tara li l-kejk sar, oħorgu mill-forn u ħallih jibred. Żejjen il-kejk kif jiksaħ.