Moussaka taċ-Ċanga u l-Patata
2014-09-14- Servings : 4
- Prep Time : 20m
- Cook Time : 1:15 h
- Ready In : 1:35 h
Nista’ niffriżaha? Le
Ingredjenti
- 350g (12 oz) brunġiela
- bżar u melħ
- 800g (1¾ lb) patata
- 450g (1 lb) kapiljat taċ-ċanga
- 2 basliet, imqaxxra u mqatta'
- 2.5ml (½ kuċċarina) sagħtar imnixxef
- 45ml (3 imgħaref) tursin imqatta'
- 1.25ml (¼ kuċċarina) kannella mitħun (cinnamon)
- 400g (14 oz) tadam imqatta' tal-bott
- 15ml (1 mgħarfa) pure tad-tadam
- 2 isfar tal-bajd
- 350g (12 oz) yogurt naturali
- 50g (2 oz) ġobon taċ-Cheddar, maħkuk
Metodu
Step 1
Qatta' l-brunġiela f'kaxex kbar
Step 2
Ismothom (ara kif hawnhekk) għal 2 minuti f'ilma mmellaħ jagħli u wara saffihom sew mill-ilma
Step 3
Qaxxar u aqta' l-patata f'biċċiet kbar u ismothom għal 5 - 6 minuti u wara saffihom sew mill-ilma
Step 4
Qalli l-kapuljat taċ-ċanga mal-basal, sagħtar, tursin u l-kannella f'Wok non-stick sakemm il-laħam jibda jieħu ftit kulur. Ħawwad spiss biex żgur ma jeħilx
Step 5
Żid it-tadam imqatta' u l-pure tat-tadam, il-brunġiela u ftit melħ u bżar u ħallat tajjeb
Step 6
Ferrex it-taħlita f'casserole baxa li tiflaħ għan-nar
Step 7
Irranġa l-patata b'tali mod li tgħatti l-wiċċ kollu tat-taħlita tal-kapuljat
Step 8
Għall-wiċċ ħabbat l-isfar tal-bajd, il-yogurt u l-ġobon maħkuk
Step 9
Ferra' din it-taħlita fuq il-patata u għattiha kompletament
Step 10
Aħmi (mingħajr ma tagħttiha) fuq temperatura 190°C (375°F / Marka n. 5) għall-siegħa. Jekk tara li hemm bżonn, itfagħha taħt grill taħraq biex tagħti ftit kulur lill-wiċċ
Step 11
Servi ma' green salad frisk
Average Member Rating
(2.8 / 5)
4 people rated this recipe
Related Recipes:
Nutritional Info
This information is per serving.
-
Kaloriji għal kull porzjon
480