Pulpetti taċ-Ċanga bil-Frak tal-Ħobż
2014-09-15- Servings : 2 - 4
- Prep Time : 20m
- Cook Time : 10m
- Ready In : 30m
Nista’ niffriżah? Iva
Ingredjenti
- 500g kapuljat taċ-ċanga
- 1 basla żġħira (80g), maħkuka
- 1 sinna tewm, imqatta' fin
- 1 mgħarfa barbecue sauce
- 1 mgħarfa sauce tad-tadam
- 1 mgħarfa Worcestershire sauce
- 1 tazza (70g) frak tal-ħobż niexef
- 1 bajda, ftit imħabbta
- 1 kuċċarina sagħtar imqatta'
- 2 kuċċarini tursin frisk imqatta'
- 1 tadama żgħira (130g) mqatta'
Glaze- ¼ tazza barbecue sauce
- 2 kuċċarini Worcestershire sauce
Għall-glaze kemm tħallat iż-żewġ sauces flimkien f’bieqja
Metodu
Step 1
Idlek taġen (28cm) baxx bi ftit żejt
Step 2
Ħallat l-ingredjenti kollha f'bieqja kbira
Step 3
Ifforma 8 pulpettiet
Step 4
Poġġi l-pulpettiet mad-dawra tat-taġen, għatti kollox u daħħal fil-friġġ għal nofs siegħa
Step 5
Isboħ il-pulpetti bil-glaze
Step 6
Sajjar mikxufa fuq fjamma għolja għal 5 minuti
Step 7
Neħħi l-meraq li joħroġ, dawwar il-pulpetti fuq il-wiċċ l-ieħor u kompli sajjar għal 3 minuti
Step 8
Ħallihom joqgħodu għal 5 minuti. M'hemmx għalfejn tgħattihom