Rich Leek Tart (Torta tal-Kurrat)
2014-09-13- Skill Level: Medju
- Servings : 6
- Prep Time : 35m
- Cook Time : 55m
- Ready In : 1:45 h
Nista’ niffriżaha? Iva
Ingredjenti
- 225g (8 oz) shortcrust pastry (klikkja hawnhekk biex tara kif tgħamilha)
- 50g (2 oz) butir jew marġerina
- 1.1kg (2½ lb) kurrat (leeks), imqatta' rqiq
- 3 bajdiet imħabbta
- 300ml (nofs pinta) sour jew double cream
- 225g (8 oz) ġobon Gruyère maħkuk (issibu mis-supermarkets €2.00 / 125g)
- bżar u melħ
- noċemuskata (nutmeg)
Għandek bżonn wieħed minn dawn

Flan tin

Spring release cake tin
Metodu
Step 1
Ferrex ħarira żgħira dqiq fuq il-wiċċ fejn se taħdem u iftaħ l-għaġina
Step 2
Aqbad spring-release cake tin jew flan tin fonda u idlikha biż-żejt u qiegħed l-għaġina fiha
Step 3
Għattiha u itfagħha fil-frigg sakemm nagħmlu l-mili
Step 4
Biex tagħmel il-mili, dewweb il-butir f'taġen kbir (qiegħ oħxon)
Step 5
Żid il-kurrat u ħawwad fuq nar għoli għal 2 - 3 minuti
Step 6
Għattih sew u kompli sajjar fuq nhar baxx ħafna għal 20 - 30 minuta sakem il-kurrat jirtab sew
Step 7
Żid il-bajd, cream u l-ġobon (pero' ħalli biżżejjed ġobon biex tferrxu fuq il-wiċċ)
Step 8
Ħawwar bil-melħ, bżar u n-noċemuskata
Step 9
Ferra din it-taħlita fuq l-għaġina u ferrex il-kumplament tal-ġobon fuq il-wiċċ
Step 10
Aħmiha għal 15-il minuta fuq temperatura ta' 200°C (400°F / Marka n. 6) imbagħad fuq 190°C (375°F / Marka n. 5) għal 35 - 40 minuti oħra sakemm tara li ħadet kulur dehbi
Step 11
Servi taħraq jew kiesħa
Average Member Rating
(4 / 5)
1 people rated this recipe
Nutritional Info
This information is per serving.
-
Kaloriji għal kull porzjon
590 - 785