Risotto Parmiggiano Reggiano
2014-09-10- Servings : 4
- Prep Time : 10m
- Cook Time : 10m
- Ready In : 20m
Ingredjenti
- 3 imgħaref butir bla melħ
- basla mqatta’ rqiqa
- 350g ross
- taza nbid bajda dry
- 2 litri stokk jaħraq tat-tiġieġ
- 6 imgħaref ġobon parmiggiano reggiano
- melħ u bżar mitħun
Metodu
Step 1
Dewweb nofs il-butir ġo kazzola kbira u qalli l-basla. Żid ir-ross u sajjar għal 5 minuti.
Step 2
Żid l-inbid u ħawwad għal minuta. Żid 3 kuċċarini stokk u ħawwad sew. Baxxi n-nar fuq l-inqas grad u kompli ħawwad u żid l-istokk kuċċarun kull darba. Ħu ħsieb li r-ross jassorbi l-istokk qabel iżżid iktar.
Step 3
Kif ir-ross isir, neħħieh minn fuq in-nar u żid il-parmiggiano reggiano u l-bqija tal-butir. Ħawwad u itfa’ l-bżar u melħ skond il-gosti tiegħek.
Step 4
Għatti l-kazzola u ħalli r-ross joqgħod għal 4 minuti. Erga’ ħawwad u servi.