Ross bil-Larinġ
2014-09-10- Servings : 4
- Prep Time : 0m
- Cook Time : 0m
- Ready In : 0m
Ingredjenti
- 2 imgħaref butir
- 2 basliet imqaxxra u mqatta’ rqaq ħafna
- 400g ross
- qoxra maħkuka ta’ larinġa
- litru w nofs stokk tat-tiġieġa miżmum jaħraq
- meraq ta’ żewġ larinġiet (forsi jkollok bżonn ftit aktar)
- 4 imgħaref ġobon maħkuk parmiġġjan
- 2 imgħaref tursin frik imqatta’
- 2 imgħaref krema
- melħ u bżar mitħun
jekk trid, żomm il-qoxra tal-larinġa biex iżżejjen
Metodu
Step 1
Dewweb il-butir f’kazzola u qalli l-basal għal 5 minuti
Step 2
Żid ir-ross u ħawwad spiss għal 5 minuti.
Step 3
Żid ftit stokk u dejjem ħalli r-ross jassorbi l-likwidu qabel iżżid aktar. Ibqa ħawwad
Step 4
Wara qisu 10 minuti, żid il-qoxra u l-meraq tal-larinġ u dejjem kompli żid l-istokk waqt li tibqa’ tħawwad
Step 5
Wara bejn wieħed u ieħor 10 minuti oħra, jew kif tara li r-ross assorba l-istokk biżżejjed (tħallihx ħafna iktar però), neħħi kollox minn fuq in-nar u żid il ġobon, krema u t-tursin.
Step 6
Żid melħ u bżar skond il-gosti tiegħek. Hallieh joqgħod għal minuta jew tnejn u servi mżejjen bil-qoxra tal-larinġa
F’din ir-riċetta rridu noqgħodu attenti għall-ammont ta’ meraq minħabba li t-togħma tiegħu taf tiġi qawwija ħafna mal-kumplament ta’ l-ingredjenti. Jien nissuġġerixxi żewġ larinġiet però kif taf, ma tistax tgħid kemm ikunu mmerrqin. Ikkalkula li jkollok bejn 100ml u 150ml.