Torta tal-Lewż
2014-09-10- Prep Time : 0m
- Cook Time : 0m
- Ready In : 0m
Ingredjenti
- għaġina ħelwa (ara kif tagħmilha hawn)
- 600g lewż mitħun
- 400g zokkor
- 100g lewż imfarrak kemmxejn kbir
- qoxra ta’ lumija maħkuka
- nofs kuċċarina essenza tal-lewż
- 6 abjad tal-bajd
Metodu
Step 1
Iksi tilar fond (daqs qisu pulzier u nofs) bl-għaġina ħelwa
Step 2
Itfa’ l-lewż mitħun, zokkor u l-lewż imfarrak f’bieqja u ħallat sew
Step 3
Ibda billi zzid ftit abjad tal-bajd u ibqa’ ħawwad
Step 4
Żid il-qoxra tal-lumija u l-essenza tal-lewż
Step 5
Jekk tara li t-taħlita għada ftit iebsa, erġa’ żid aktar abjad tal-bajd
Step 6
Imla l-forma ta’ l-għaġina bit-taħlita li għadna kif għamilna, illixxa l-wiċċ u sajjar għal madwar 50 minuta jew siegħa fil-forn – 180°C
Step 7
Jekk trid, kif toħroq it-torta mill-forn, tista’ traxxax ftit icing sugar fuqha