Vinaigrette
2014-09-11- Skill Level: Faċli
- Yield : 200ml (7 fl oz)
- Prep Time : 5m
- Cook Time : 0m
- Ready In : 0m
Ingredjenti
- 175ml (6 fl oz) żejt taż-żebbuġ
- 45ml (3 imgħaref)
- ħall abjad
- 2.5ml (½ kuċċarina) caster sugar
- 10ml (2 kuċċarini) mustarda Dijon
- bżar u melħ
Metodu
Step 1
Poġġi l-ingredjenti kollha fi skutella u ħallat kollox sew.
Varjazzjonijiet
Vinaigrette tal-Ħwawar: Ħallat mad-kondiment – 30ml (2 imgħaref) ħwawar imħallta bħal tursin, sagħtar, marjoram, kurrat (chives)
Vinaigrette tat-Tewm: Aqsam żewġ sinniet tewm fid-kondiment. Jekk trid ħallat 15ml (mgħarfa) kurrat imqatta’
Kondiment tal-Mustarda u t-Tursin: Ħallat 15ml (mgħarfa) mustarda 30ml (2 imgħaref) tursin imqatta’ fin
Kondiment “Sweet and Spice“: Żid 5ml (kuċċarina) mango chutney 5ml curry pejst u 2.5ml ((½ kuċċarina) turmeric
Kondiment Roquefort: Poġġi l-kondiment fi blender jew food processor. Żid 25g (1 oz) ġobon Roquefort u 30ml (2 imgħaref) single cream. Ħallat sakemm jiġi smooth