Zappoli ta’ San Ġużepp
2014-09-10- Servings : 6
- Prep Time : 0m
- Cook Time : 0m
- Ready In : 0m
Ingredjenti
Għaġina:
- tazza ilma
- 130g dqiq
- 3 bajdiet
- 30g butir
- ponta kuċċarina melħ
Mili
- 2 isfar tal-bajd
- 60g zokkor
- magħrfa dqiq
- tazza ħalib
- qoxra maħkuka ta’ lumija
Oħrajn
- żejt extra virgin
- żejt tal-qali
- icing sugar
- ċiras
Metodu
- Itfa’ l-ilma fi skutella u żid il-melħ u l-butir. Ħallih jgħali filwaqt li ħawwad il-ħin kollu
- Żid id-dqiq – ħalli l-iskutella fuq in-nar – u ibqa’ ħawwad sew sakemm it-taħlita ma tibqax twaħħal ma’ l-iskutella
- Neħħi minn fuq in-nar u aqleb kollox ġo skutella oħra u ħalli kollox jiksaħ
- Kif it-taħlita tiksaħ, żid l-isfar tal-bajd waħda waħda u ħallat kollox
- Meta tara li t-taħlita tħawdet sew, itfagħha fil-friġġ għal mill-inqas 20 minuta.
Il-Mili
- Ħabbat bil-lest l-abjad tal-bajd fi skutella flimkien maz-zokkor u wara żid id-dqiq filwaqt li tħawwad il-ħin kollu
- Ferra l-ħalib fi skutella oħra u żid il-qoxra tal-lumija maħkuka u għalli. Kif il-ħalib jgħali neħħi minn fuq in-nar u ibda żid bil-mod il-bajda, iz-zokkor u t-taħlita tad-dqiq u dejjem ħawwad. Ibqa’ ħawwad sakemm tiġi ratba u kremuża
- Erġa’ poġġi t-taħlita li għadek kif għamilt fuq nar nofs fjamma u ħawwad sakemm tiġi magħquda mhux ħażin
- Meta tara li lesta, itfagħha fi skutella u għattiha bi plastic wrap. Dan biex il-krema ma trabbix skorċa. Sadanittant nistgħu nibdew naħdmu fuq iz-zappoli
Iz-Zappoli
- Biex tifforma z-zappoli, poġġi t-taħlita li għamilna fil-bidu f’piping bag u għażel ponta bil-forma ta’ stilla
- Aqta’ kaxex ta’ aluminium foil daqs ta’ 5 ċentimetri kwadri u idlek naħa minnhom fiż-żejd extra virgin
- Bil-piping bag, għamel forom ta’ ċrieki fuq kull biċċa foil sakemm tuża l-għaġina kollha
- Imla’ borma biż-żejt tal-qali u poġġi fuq nar għoli
- Meta jagħli ż-żejt, poġġi z-zappoli tnejn tnejn bil-foil b’kollox. Tpoġġix iktar minn tnejn f’salt għax inkella ż-żejt ma jibqax jaħraq biżżejjed
- Se tara li l-foil jibda jinqala’ waħdu biż-żejt
- Meta tara li ħadu kulur, tellagħhom miż-żejt u poġġihom fuq karta ħalli jinxtorob iż-żejt żejjed filwaqt li tkompli taqli l-kumplament
- Kif tlesti, u z-zappoli jkunu kesħu biżżejjed, imla’ piping bag bil-krema li għamilna
- Żejjen iz-zappoli bil-krema u poġġi ċirasa fuq. Ferrex ftit icing sugar