Stokk taċ-Ċanga

By : | 0 Comments | On : September 15, 2014 | Category : Kif ngħamel...

Toħroġ: 900ml / 1½ pinta
Ħin ta’ Preparaazzjoni: 15 – 40 mins
Ħin ta’ Tisjir: 4- 5 sigħat
Nista’ niffriża? Iva

Ingredjenti

450g (1 lb) għadma taċ-ċanga mqatta’ biċċiet
450g (1 lb) mudullun imqatta’ biċċiet
bukkett ħwawar imħallta
1 basla, mqaxxra u mqatta’
1 zunnarija, mqaxxra u mqatta’
zokk ta’ karfusa, mqatta’
2.5ml (½ kuċċarina) melħ

Metodu

  1. Ixwi l-laħam u l-għadam għal 30 – 40 minuta fuq temperatura ta’ 220C (425F / Marka n. 7)
  2. Poġġihom f’borma b’1.7 litru (3 pinet) ilma
  3. Itfa’ l-kumplament ta’ l-ingredjenti u għalli kollox
  4. Neħħi x-xaħmijiet li jitilgħu fil-wiċċ
  5. Għattih b’għatu pero’ mhux kompletament, u ħallieh ibaqbaq bil-mod għal bejn 4 – 5 sigħat
  6. Saffi kollox u meta jiksaħ, erġa’ neħħi x-xaħmijiet mill-wiċċ b’mgħarfa kbira

Pressure Cooker:

L-ewwel erba’ passi huma l-istess bħal fuq iżda nużaw pressure cooker flok borma, pero’ naqqas il-likwidu għal 1.4 litri (2.5 pinet)

  1. Għalaq l-għatu sew u għalli fuq temperatura għolja sakemm ittella’ pressa għolja
  2. Niżżel il-fjamma biżżejjed biex iżżomm il-pressa u sajjar għal 35 minuta
  3. Neħħi minn fuq in-nar u erħi l-pressa mill-vent jew itfa l-cooker taħt l-ilma kiesaħ
  4. Neħħi l-għatu u ħalli kollox joqgħod għal 20 minuta
  5. Kompli bħal pass nru 6
Share This Post!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *