Ħaxix il-Forn
2014-09-19- Servings : 12
- Prep Time : 20m
- Cook Time : 40m
- Ready In : 60m
Ingredjenti
- 1 qargħa twila imqatta' f'kubi
- 2 bżariet mill-ħelu, imqatta' fi kwadretti żgħar (neħħilha ż-żerriegħa)
- 1 sweet potato, imqaxxra u mqatta' f'kubi
- 3 patata mis-safra, imqatta' f'kubi
- 1 basla ħamra, imqatta'
- 2g sagħtar frisk, imqatta'
- 3g klin (rosemary) frisk, imqatta'
- 60ml żejt taż-żebbuġ
- 30ml ħall balsamiku
- bżar u melħ
Metodu
Step 1
Saħħan il-forn għal 245C (475F / Marka n. 8)
Step 2
F'bieqja kbira ħallat il-qargħa twila, bżar aħmar, sweet potato, il-patata u l-basla
Step 3
F'bieqja oħra ħallat is-sagħtar, klin, ħall u żejt u bżar u melħ
Step 4
Ħawwad sew din it-taħlita mal-ħaxix
Step 5
Itfa' kollox f'dixx u ara li jkunu mferrxa sew
Step 6
Ixwi għal 40 minuta jew sakemm tara li l-ħxejjex saru u ħadu ftit kulur. Pero' ħu ħsieb li tħawwad u tqalleb kollox kull 10 jew 15-il minuta