Tiġieġ bil-Lumi u s-Salvja
2014-09-18- Servings : 4
- Prep Time : 10m
- Cook Time : 40m
- Ready In : 60m
Nista’ niffriża? Le
Ingredjenti
- 30ml (2 imgħaref) dqiq
- Qoxra tal-lumija mħakka u l-meraq
- 2 sinniet tewm, mqatta'
- 4 sidriet tat-tiġieġ (bejn wieħed u ieħor 450g (1 lb) b'kollox)
- 45ml (3 imgħaref) żejt taż-żebbuġ
- 300ml (½ pinta) stokk tat-tiġieġa
- 30ml (2 imgħaref) salvja mqatta'
- bżar u melħ
- 2 isfar tal-bajd
Għat-tiżjien- Flieli tal-lumi
- Weraq tas-salvja
Metodu
Step 1
Ħallat flimkien id-dqiq, qoxra tal-lumi u t-tewm u uża din it-taħlita biex tiksi l-flettijiet tat-tiġieġ
Step 2
Saħħan iż-żejt f'taġen u qalli t-tiġieġ sakemm jieħdu ftit kulur. Dawwar għal darba jew darbtejn
Step 3
Żid id-dqiq li jkun fadal, ferra' l-istokk, u żid is-salvja u bżar u melħ. Ħallihom sakemm l-ilma jibda jgħali
Step 4
Aqleb is-sidriet f'dixx, għatti l-wiċċ bil-fojl u aħmi fuq temperatura ta' 180C (350F / Marka n. 5) għal 25 - 30 minuta jew sakemm tara li t-tiġieġa saret tarija
Step 5
Ħallat l-isfar tal-bajd ma 30ml (2 imgħaref) meraq tal-lumi
Step 6
Erġa' aqleb kollox fit-taġen u itfa' t-taħlita li għadna kif għamilna fil-meraq
Step 7
Ħawwad kollox u itfa' fuq nar baxx sakemm tara li l-meraq qed jgħaqad ftit. Tħallihx jgħali
Step 8
Tista' sservi bi ftit ross u nsalata
Step 9
Żejjen bi flieli tal-lumi u salvja
Average Member Rating
(4.1 / 5)
7 people rated this recipe
Related Recipes:
Nutritional Info
This information is per serving.
-
Kal / porzjon
305