Flett taċ-Ċanga bil-Faqqiegħ u l-Bżar Ħelu

2014-09-15
  • Servings : 4 - 6
  • Prep Time : 25m
  • Cook Time : 1:15 h
  • Ready In : 1:40 h

Nista’ niffriżah? Le

Ingredjenti

  • 1.4kg (3 lb) flett taċ-ċanga
  • 125g (4 oz) faqqiegħ Champignon
  • 285g (9½ oz) bżar ħelu tal-bott fiż-żejt
  • bżar u melħ
  • 375g (12 oz) panċetta
  • 30ml (2 imgħaref) żejt taż-żebbuġ
  • 10ml (2 kuċċarini) dqiq plejn
  • 150ml (¼ pinta) inbid aħmar
  • 300ml (½ pinta) stokk taċ-ċanga (Ara kif tagħmlu hawn)
  • 30ml (2 imgħaref) inbid Marsala
  • 10ml (2 kuċċarini) ħwawar imħallta tal-bott
bzar-helu-fiz-zejt

Bżar tal-ħelu fiż-żejt

Metodu

Step 1

Aqta' qasma fil-ġenb tal-flett

Step 2

Saffi l-bżar ħelu miż-żejt u qattgħu, qatta wkoll il-faqqiegħ u ħallat kollox u imla' l-flett b'nofs din it-taħlita

Step 3

Itħan ftit bżar iswed fuq il-laħam, dawwar il-panċetta miegħu u orbot kollox bi spaga

Step 4

Saħħan iż-żejt fuq taġen kbir non-stick u qalli ftit il-flett fuqq kull naħa sakemm jixxawwat u jieħu ftit kulur kannella

Step 5

Żomm il-meraq li jkun ħareġ, pero' issa rridu mmexxu l-laħam għal dixx biex nixwu l-flett

Step 6

Ixwi fuq temperatura ta' 190C (375F / Marka n. 5) għal 45 minuta

Step 7

Ħallieh joqgħod għal 15-il minuta

Step 8

Erġa' saħħan il-meraq li baqgħalna fit-taġen, żid id-dqiq u ħawwad għal 2 minuti

Step 9

Żid ukoll l-inbid u l-istokk

Step 10

Żid il-Marsala, ħwawar u ftit melħ u bżar

Step 11

Itfa' l-kumplament tal-faqqiegħ u l-bżar ħelu u sajjar sew

Step 12

Lura għal-laħam - neħħi l-ispaga u aqtgħu f'roti pulit

Step 13

Qiegħed il-porzjonijiet fuq platti msaħħna

Step 14

Għolli l-faqqiegħ u l-bżar ħelu b'mgħarfa mtaqqba u qassam pulit fuq il-porzjonijiet tal-laħam

Step 15

Itfa' ftit żgħira meraq mit-taġen fuq kull porzjon u servi l-kumplament tal-meraq f'sauce boat

Recipe Type: Tags: , , , , ,
Average Member Rating

(5 / 5)

5 5 2
Rate this recipe

2 people rated this recipe

Related Recipes:
  • Tiġieġ bil-Lumi s-Salvja

    Tiġieġ bil-Lumi u s-Salvja

  • Pulpetti taċ-Ċanga bil-Frak tal-Ħobż

    Pulpetti taċ-Ċanga bil-Frak tal-Ħobż

  • Moussaka taċ-Ċanga u l-Patata

    Moussaka taċ-Ċanga u l-Patata

  • Chicken Curry bil-Coconut

    Chicken bil-Curry u l-Coconut

  • Ross Parmiggiano Reggiano

    Risotto Parmiggiano Reggiano

Nutritional Info

This information is per serving.

  • Kaloriji kull porzjon

    450

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *