Moussaka taċ-Ċanga u l-Patata

2014-09-14
  • Servings : 4
  • Prep Time : 20m
  • Cook Time : 1:15 h
  • Ready In : 1:35 h

Nista’ niffriżaha? Le

Ingredjenti

  • 350g (12 oz) brunġiela
  • bżar u melħ
  • 800g (1¾ lb) patata
  • 450g (1 lb) kapiljat taċ-ċanga
  • 2 basliet, imqaxxra u mqatta'
  • 2.5ml (½ kuċċarina) sagħtar imnixxef
  • 45ml (3 imgħaref) tursin imqatta'
  • 1.25ml (¼ kuċċarina) kannella mitħun (cinnamon)
  • 400g (14 oz) tadam imqatta' tal-bott
  • 15ml (1 mgħarfa) pure tad-tadam
  • 2 isfar tal-bajd
  • 350g (12 oz) yogurt naturali
  • 50g (2 oz) ġobon taċ-Cheddar, maħkuk

Metodu

Step 1

Qatta' l-brunġiela f'kaxex kbar

Step 2

Ismothom (ara kif hawnhekk) għal 2 minuti f'ilma mmellaħ jagħli u wara saffihom sew mill-ilma

Step 3

Qaxxar u aqta' l-patata f'biċċiet kbar u ismothom għal 5 - 6 minuti u wara saffihom sew mill-ilma

Step 4

Qalli l-kapuljat taċ-ċanga mal-basal, sagħtar, tursin u l-kannella f'Wok non-stick sakemm il-laħam jibda jieħu ftit kulur. Ħawwad spiss biex żgur ma jeħilx

Step 5

Żid it-tadam imqatta' u l-pure tat-tadam, il-brunġiela u ftit melħ u bżar u ħallat tajjeb

Step 6

Ferrex it-taħlita f'casserole baxa li tiflaħ għan-nar

Step 7

Irranġa l-patata b'tali mod li tgħatti l-wiċċ kollu tat-taħlita tal-kapuljat

Step 8

Għall-wiċċ ħabbat l-isfar tal-bajd, il-yogurt u l-ġobon maħkuk

Step 9

Ferra' din it-taħlita fuq il-patata u għattiha kompletament

Step 10

Aħmi (mingħajr ma tagħttiha) fuq temperatura 190°C (375°F / Marka n. 5) għall-siegħa. Jekk tara li hemm bżonn, itfagħha taħt grill taħraq biex tagħti ftit kulur lill-wiċċ

Step 11

Servi ma' green salad frisk

Recipe Type: Tags: , , ,
Average Member Rating

(2.8 / 5)

2.8 5 4
Rate this recipe

4 people rated this recipe

Related Recipes:
  • Tiġieġ bil-Lumi s-Salvja

    Tiġieġ bil-Lumi u s-Salvja

  • Pulpetti taċ-Ċanga bil-Frak tal-Ħobż

    Pulpetti taċ-Ċanga bil-Frak tal-Ħobż

  • Flett taċ-Ċanga bil-Faqqiegħ u l-Bżar Ħelu

    Flett taċ-Ċanga bil-Faqqiegħ u l-Bżar Ħelu

  • Chicken Curry bil-Coconut

    Chicken bil-Curry u l-Coconut

Nutritional Info

This information is per serving.

  • Kaloriji għal kull porzjon

    480

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *