Għaġin biz-Zalzett Malti u t-Tadam
2014-09-10- Prep Time : 0m
- Cook Time : 0m
- Ready In : 0m
Ingredjenti
- Sider ta’ tiġieġa mdaqqsa
- 5 zalzetti Malti
- 50g tadam imqadded
- 2 bottijiet tadam imqaxxar
- 2 bottijiet double cream (280ml-il wieħed)
- 4 sinniet tewm
- 2 kuċċarini trab turmerik
- 2 kuċċarini tandoori masala
- 1 kuċċarini chili jaħraq
- 2 kuċċarini stragun (tarragon)
- 2 kuċċarini ħwawar imħallta (Italian mix)
- 1 mgħarrfa żejt taż-żebbuġ
- 600g għaġin fettucine jew bavette
- bżar iswed
- melħ
Metodu
Step 1
Qatta’ s-sider tat-tiġieġa fi kwadri (bejn wieħed u ieħor 2cm) u ibda qallija f’mgħarrfa żejt taż-żebbuġ
Step 2
Filwaqt, neħħi l-ġilda minn fuq iz-zalzett Malti u qattgħu roti roti – ipprova tħallihx jinqasam ħafna però mhux daqshekk important għax waqt li qed isir, jiddiżintegra xi ftit jew wisq. Kif tlesti ixħet iz-zalzett imqatta’ mat-tiġieġa u ħallat kollox flimkien
Step 3
Kompli qalli kollox sakemm it-tiġieġ u z-zalzett jieħdu ftit kulur
Step 4
Qatta’ t-tadam imqadded u t-tewm f’biċċiet żgħar u ixħet u ħallat kollox
Step 5
It-tadam tal-bott ikun immerraq – għandha bżonn nifirdu t-tadam mill-meraq u nqattgħu it-tadam f’biċċiet imdaqqsa. Personalment nuża idi stess biex naqleb il-meraq barra waqt li nżomm it-tadam fil-bott. Tista’ tifred il-meraq dirett fuq it-taġen fejn qed tqalli t-tiġieġa u l-kumplament, jew itfa’ f’kontenitur imbagħad ferra l-meraq fit-taġen. L-importanti li tħaffef biżżejjed biex it-tewm u t-tadam imqadded ma jinħarqux jew jitqarqċu
Step 6
Itfa’ t-tadam tal-bott imqatta’ u d-double cream u ħallat
Step 7
Żid il-ħwawar. Ħallat
Step 8
Żid melħ u bżar skond il-gosti tiegħek
Step 9
Minħabba li din iz-zalza fiha t-tiġieġ u z-zalzett Malti, nissuġġerilek li tħalli kollox itektek fuq nar baxx u itfa’ l-għaġin f’ilma jagħli kif tkun lestejt iz-zalza. Dan sabiex bejn it-tmin jew għaxar minuti li l-għaġin jieħu biex isir, it-togħma ta’ l-ingredjenti toħroġ kif ukoll tkun ċert/a li qtilt ħafna mill-mikrobi li jiġu mat-tiġieġ u l-majjal fiz-zalzett.
Step 10
Kif l-għaġin isir, saffih u ħallat kollox sew maz-zalza.