Shortcrust Pastry
Toħroġ: 225g (8 oz)
Ħin ta’ Preparazzjoni: 10min
Nista’ niffrizaha? Iva
Informazzjoni Nutrittiva: 175kal għal kull 25g
Jekk ma tridx tuża xaħam, minfloku tista’ tirdoppja l-butir jew marġerina (iġifieri f’dal każ, tuża 110g butir jew marġerina).
Dan huwa punt important: il-proporzjon ta’ dqiq max-xaħam u butir huwa ta’ bejn wieħed u ieħor 2:1. Iġifieri nużaw użin doppju tad-dqiq milli nużaw għax-xaħam + butir.
Biex intik eżempju, jekk se nużaw 100g dqiq, allura rridu nużaw 25g xaħam u 25g butir (25g + 25g = 50g (xaħam u butir) = nofs il-100g (dqiq)).
Dan biex jekk tkun trid toħroġ iktar għaġina, tkun taf kif għandek tagħmel il-kalkolu bejn id-dqiq u x-xaħam / butir.
Ingredjenti
225g (8 oz) dqiq plejn
niskata melħ
55g (2 oz) butir jew marġerin, maqtugħ f’kubi – ara li jkun kiesaħ
55g (2 oz) xaħam jew white vegetable fat, maqtugħ f’kubi – ara li jkun imkessaħ
Ilma kiesaħ
Metodu
- Ħallat id-dqiq u l-butir ġo bieqja
- Żid ix-xaħam
- Ħaddem kollox sakemm tara li t-taħlita ġiet qisha frak tal-ħobż
- Żid 45 – 60ml (3 – 4 imgħaref) ilma kiesaħ u kun ċerta li troxxu fil-wiċċ indaqs ma’ kullimkien. Dan sabiex meta nkunu qed naħmuha, ma jitilgħux bżieżaq u nfafet
- Ħallat kollox b’sikkina sakemm it-taħlita tibda tagħqad f’biċċiet kbar
- Aqbadha mill-bieqja u fforma ballun
- Ħaddem b’idejk għal ftit sekondi sakemm tissoda u tifforma għaġina lixxa. Ftit sekondi għandhom ikunu biżżejjed – tħaddimiex ħafna
- Dawwar cling film u ħalliha tistrieħ fil-friġġ għal 30 minuta
- Biex tiftaħ l-għaġina, ferrex ħarira żgħira dqiq fuq il-wiċċ fejn se tkun qed taħdem kif ukoll fuq il-lembuba.. Tferrixx dqiq fuq l-għaġina nnifisha.
- Iftaħ l-għaġina f’direzzjoni waħda u dawwarha kultant
- Ara li ġġibha għoli ta’ bejn wieħed u ieħor 3 millimetri
- Tiġbidx u ġġebbitx l-għaġina
posted by mary mizzi on 14th September 2014
razzi jiena ukollkarkariza noqghd l’Amerika grazzi hafna vera tajbin ir ricetti
posted by Il-Kok on 14th September 2014
Grazzi lilek Mary! L-Amerka sabiħa mmens. Jien għamilt żmien qasir ngħix l-Amerka wkoll fit-2004, 10 snin ilu eżatt. Kif jgħaddi ż-żmien!