Chicken bil-Curry u l-Coconut

2014-09-12
  • Servings : 4
  • Prep Time : 30m
  • Cook Time : 35m
  • Ready In : 2:000 h

Din ir-riċetta mhix diffiċli. Irridu biss noqgħodu attenti biex nimxu mal-istruzzjonijiet.

Żomm attenzjoni partikulari għal Step 2 u Step 5 fejn nużaw porzjonijiet partikolari mill-ingredjenti li nkunu qed nużaw.

Għiduli x’taħsbu fil-kummenti isfel nett (l-email tagħkom ma jidhirx għall-pubbliku) jew fuq Facebook. U tinsewx taqsmu dir-riċetta mal-familja u l-ħbieb.

L-ikla t-tajba!

Aqta' s-sidriet min-nofs

Aqta’ s-sidriet min-nofs

Irrombla s-sidriet bil-mili fuq in-naħa ta' ġewwa

Irrombla s-sidriet bil-mili fuq in-naħa ta’ ġewwa (il-wiċċ maqtugħ)

Ingredjenti

  • 5cm (2 in) għeruq frisk tal-ġinġer
  • 1.25ml (¼ kuċċarina) trab taċ-chilli
  • 2.5ml (½ kuċċarina) garam masala
  • 2.5ml (½ kuċċarina) curry
  • 2 sinniet tewm
  • 8 sidriet tat-tiġieġa filleted
  • 150g basla mqaxxra
  • 45ml (3 imgħaref) coriander imqatta'
  • 1 meraq ta' lumija u l-qoxra
  • bżar u melħ
  • 25g (1 oz) cashew nut (ġewż tal-anakardju)
  • nofs kuċċarina zkuk tas-żagħfran
  • 50g (2 oz) creamed coconut, grated
  • 25g (1 oz) ghee jew butir
  • 120ml (4 fl oz) yogurt naturali jew single cream

Metodu

Step 1

Qaxxar u ħakkek fin il-ġinġer

Step 2

Ħallat it-trab taċ-chilli ma' nofs il-garam masala, nofs il-ġinġer u sinna waħda tewm

Step 3

Poġġi s-sidriet bejn żewġ folji kartistrazzi niedja u ħabbathom b'meat tenderizer sakemm jiċċattjaw irqaq. Jekk m'għandekx meat tenderizer tista' tuża lembuba

Step 4

Aqbad it-taħlita u għoroka fuq is-sidriet (fuq in-naħa tal-qata). Għattihom fuq platt u ħallihom jimmarinaw fil-friġġ għal siegħa

Step 5

Sadanittant, qatta' l-basla fina u ħallat żewġ terzi (mill-basla) ma' nofs il-ġinġer li fadal u 2 imgħaref kosbor (coriander)

Step 6

Żid il-qoxra u 2 imgħaref meraq tal-lumija, ftit melħ u bżar u ħawwad sakemm titħallat sew

Step 7

Poġġi s-sidriet bin-naħa mmarinat 'il fuq u qassam it-taħlita tal-basla li għamilna fuqhom

Step 8

Irrombla s-sidriet sabiex it-taħlita tingħalaq fuq ġewwa

Step 9

Poġġi s-sidriet fuq tilar imxaħħam u mingħajr ma tattihom, itfagħhom fil-forn għal 20-25 minuta b'temperatura ta' 180°C (350°F / Marka n. 4). Kun zgura li meta tniggiżhom, il-meraq li joħroġ ikun ċar

Step 10

Sadanittant, imla 100ml (3½ fl oz) fi blender jew food processor, itfa' l-cashew nut (ġewż tal-anakardju), iż-żagħfran u l-coconut u blendja għal 3 minuti

Step 11

Żid il-kumplament tal-garam masal, ġinġer u tewm kif ukoll il-curry mat-taħlita li għadna kif għamilna u waqt li tħawwad il-ħin kollu, sajjar għal 2 minuti. Imbagħad żid il-yogurt jew is-single cream. Poġġi kollox fi skutella fonda

Step 12

Aqbad mgħarrfa mtaqqba u mexxi s-sidriet mixwija mit-tilar għat-taħlita tal-yogurt / single cream li għamilna

Step 13

Għatti kollox b'biċċa fojl u poġġi għatu fuqha

Step 14

Ħalli kollox itektek fuq nar baxx għal 10 minuti

Step 15

Żid il-kosbor (coriander), melħ u bżar għall-gosti tiegħek u servi mar-ross

Pakket Creamed Coconut

Pakket Creamed Coconut – dan jew ditta oħra. Komuni fis-supermarkets.

Creamed Coconut - dan irid jiġi maħkuk

Creamed Coconut – dan irid jiġi maħkuk

Recipe Type: Tags: , , ,
Average Member Rating

(3.3 / 5)

3.3 5 4
Rate this recipe

4 people rated this recipe

Related Recipes:
  • Tiġieġ bil-Lumi s-Salvja

    Tiġieġ bil-Lumi u s-Salvja

  • Pulpetti taċ-Ċanga bil-Frak tal-Ħobż

    Pulpetti taċ-Ċanga bil-Frak tal-Ħobż

  • Flett taċ-Ċanga bil-Faqqiegħ u l-Bżar Ħelu

    Flett taċ-Ċanga bil-Faqqiegħ u l-Bżar Ħelu

  • Moussaka taċ-Ċanga u l-Patata

    Moussaka taċ-Ċanga u l-Patata

Recipe Comments

Comments (3)

  1. posted by Miriam on 12th September 2014

    Il creamed coconut mahkuk kif ikun u l ispice tal curry ma rajtx flingredjenti. Tkx

      Reply
    • posted by Il-Kok on 12th September 2014

      Grazzi talli ġbitli l-attenzjoni Miriam. Irranġajtha u tfajt ritratt ta’ pakkett tal-creamed coconut u kif ikun minn ġewwa. Grazzi mill-ġdid.

        Reply
  2. posted by Miriam on 12th September 2014

    Grazzi lilek

      Reply

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *