Rich Leek Tart (Torta tal-Kurrat)

2014-09-13
  • Servings : 6
  • Prep Time : 35m
  • Cook Time : 55m
  • Ready In : 1:45 h

Nista’ niffriżaha? Iva

Ingredjenti

  • 225g (8 oz) shortcrust pastry (klikkja hawnhekk biex tara kif tgħamilha)
  • 50g (2 oz) butir jew marġerina
  • 1.1kg (2½ lb) kurrat (leeks), imqatta' rqiq
  • 3 bajdiet imħabbta
  • 300ml (nofs pinta) sour jew double cream
  • 225g (8 oz) ġobon Gruyère maħkuk (issibu mis-supermarkets €2.00 / 125g)
  • bżar u melħ
  • noċemuskata (nutmeg)

Għandek bżonn wieħed minn dawn

Flan tin

Flan tin

Spring release cake tin

Spring release cake tin

Metodu

Step 1

Ferrex ħarira żgħira dqiq fuq il-wiċċ fejn se taħdem u iftaħ l-għaġina

Step 2

Aqbad spring-release cake tin jew flan tin fonda u idlikha biż-żejt u qiegħed l-għaġina fiha

Step 3

Għattiha u itfagħha fil-frigg sakemm nagħmlu l-mili

Step 4

Biex tagħmel il-mili, dewweb il-butir f'taġen kbir (qiegħ oħxon)

Step 5

Żid il-kurrat u ħawwad fuq nar għoli għal 2 - 3 minuti

Step 6

Għattih sew u kompli sajjar fuq nhar baxx ħafna għal 20 - 30 minuta sakem il-kurrat jirtab sew

Step 7

Żid il-bajd, cream u l-ġobon (pero' ħalli biżżejjed ġobon biex tferrxu fuq il-wiċċ)

Step 8

Ħawwar bil-melħ, bżar u n-noċemuskata

Step 9

Ferra din it-taħlita fuq l-għaġina u ferrex il-kumplament tal-ġobon fuq il-wiċċ

Step 10

Aħmiha għal 15-il minuta fuq temperatura ta' 200°C (400°F / Marka n. 6) imbagħad fuq 190°C (375°F / Marka n. 5) għal 35 - 40 minuti oħra sakemm tara li ħadet kulur dehbi

Step 11

Servi taħraq jew kiesħa

Recipe Type: , Tags: , , , ,
Average Member Rating

(4 / 5)

4 5 1
Rate this recipe

1 people rated this recipe

Nutritional Info

This information is per serving.

  • Kaloriji għal kull porzjon

    590 - 785

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *