7 Punti Kif Taħżen il-Laħam
By : Il-Kok | | On : September 11, 2014 | Category : Kif ngħamel..., Laħam
- Erfa’ laħam frisk fil-friġġ, u poġġieh irreppjat ħafif u fl-iktar parti kiesħa.
- Ikun aħjar kieku tneħħi l-laħam mill-pakkett li jkun ġie fih, irreppjaħ mill-ġdid u itfgħu fuq platt biex ma jqattarx demm
- Importanti li żżomm laħam nej ‘il bogħod minn ikel imsajjar. Dan biex nevitaw cross-contamination – iġifieri biex batteri li jkunu fuq laħam nej (li ħafna minnhom imutu waqt it-tisjir) ma jispiċċawx fuq ikel diġa’ msajjar
- Idealment, laħmijiet bħal kapuljat u ħaruf għandhom jiġu kkunsmati l-istess ġurnata li jkunu nxtraw
- Chops u steaks iżommu tajjeb sa jumejn jew tlieta
- Għandna noqgħodu attenti minn laħam li jkollu ħafna xaħam. Dan għaliex ix-xaħam huwa l-ewwel ħaġa li jmur u jirvina l-kumplament tal-laħam
- Laħam li jkun tħassar ikollu riħa tinten u jaf ikollu qisha żlieġa fuq il-wiċċ kif ukoll ikun ħadrani