Kejk Savarin

2014-09-15
  • Servings : 6
  • Prep Time : 50m
  • Cook Time : 40m
  • Ready In : 1:40 h

Nista’ niffriżah? Iva

Ingredjenti

  • 15g (oz) ħmira ħajja
  • 45ml (3 imgħaref) ħalib
  • 100g (4 oz) dqiq abjad plejn
  • 15ml (1 mgħarfa) caster sugar
  • 25g (1 oz) ġewż tal-indi (coconuts) mqadded
  • 2 bajdiet, imħabbta ħafif
  • 50g (2 oz) butir - dan irridu ndewbuh u nħalluh jiksaħ

  • Glaze:
    90ml (6 imgħaref) ġeli tal-passolina ħamra (redcurrants)
  • 75ml (5 imgħaref) meraq tal-lumi
  • 450g (1 lb) frawli mfesdqa

Metodu

Step 1

Idlek landa tas-savarin bi ftit żejt

Step 2

Ħallat il-ħmira ma' ftit ħalib fietel

Step 3

Ħallat id-dqiq, zokkor u l-ġewż tal-indi f'bieqja

Step 4

Warrab spazju fin-nofs ta' din it-taħlita u itfa' l-bajd, il-butir u t-taħlita tal-ħmira

Step 5

Ħabbat kollox b'magħrfa ta' l-injam sakemm jagħqad

Step 6

Itfa' t-taħlita fil-landa u għatti bi ftit cling film midluka biż-żejt

Step 7

Itlaqa' f'post għas-sħana għal qisu 30 minuta jew sakemm tara li kważi rduppjat fil-qies

Step 8

Aħmi għal 190°C (375°F / Marka n. 5) għal 35 - 40 minuta sakemm tieħu lewn dehbi

Step 9

Poħħi wire rack fuq platt u aqleb kollox fuqu

Step 10

Dewweb il-ġeli flimkien mal-meraq tal-lumi fuq fjamma baxxa

Step 11

Ferra t-taħlita tal-ġeli u l-lumi fuq is-savarin biex tifforma glaze; ħalli żżejjed jaqa' fil-platt

Step 12

Il-glaze li jkun waqa' fil-platt nistgħu nitfgħuh lura fit-taġen biex nerġgħu indewbuh u miegħu inħalltu l-frawli

Step 13

Ħallihom jibirdu għal 15 - 20 minuta u itfa' l-frawli fin-nofs tas-savarin

Step 14

Servi bi ftit sour cream kiesaħ jew jaħraq

Recipe Type: Tags: , ,
Average Member Rating

(4.5 / 5)

4.5 5 6
Rate this recipe

6 people rated this recipe

Related Recipes:
  • Figolla ta' l-Għid

    Figolla ta’ l-Għid (faċli)

  • Kejk tal-Milied

    Kejk tal-Milied

  • Qagħaq tal-Ħmira

    Qagħaq tal-Ħmira

  • Log tal-Milied

    Christmas Log

  • Torta tal-Lewż

    Torta tal-Lewż

Nutritional Info

This information is per serving.

  • Kaloriji kull porzjon

    250

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *